4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/45
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 – Ribeiro Sinde Monteiro vs SEAE
(Kawża F-51/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-EEAS - Uffiċjali - Promozzjoni - Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi kollha - Uffiċjali proposti mid-dipartimenti tal-EEAS u uffiċjali mhux proposti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjonijiet esklużivament litterali))
(2015/C 146/61)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Manuel Jaime Ribeiro Sinde Monteiro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AST 3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013 u li jingħata kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, tad-9 ta’ Ottubru 2013, li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2013 hija annullata peress li isem ta’ M. J. Ribeiro Sinde Monteiro ma huwiex inkluż fiha.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kumplament tar-rikors.
3)
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn M. J. Ribeiro Sinde Monteiro
(1) ĠU C 292, 1.9.2014, p. 62
Full & Egal Universal Law Academy