Kawża F-53/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2015 – ( *1 ) vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għal wild dipendenti — Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Persuna assimilata ma’ wild dipendenti — Persuna li fil-konfront tagħha l-uffiċjal għandu obbligi legali ta’ manteniment u li l-manteniment tagħha jinvolvi spejjeż kbar — Kundizzjonijiet għall-għoti — Irtirar tal-benefiċċju tal-allowance — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal)
( *1 ) Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.
C2702015MT4320120150707MT0058432442
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2015 – ( *1 ) vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-53/14) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għal wild dipendenti — Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Persuna assimilata ma’ wild dipendenti — Persuna li fil-konfront tagħha l-uffiċjal għandu obbligi legali ta’ manteniment u li l-manteniment tagħha jinvolvi spejjeż kbar — Kundizzjonijiet għall-għoti — Irtirar tal-benefiċċju tal-allowance — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal)”2015/C 270/58Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ( *1 ) (rappreżentant: V. Simeons, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u A.-C. Simon, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjonijiet li jirtiraw il-benefiċċju tal-allowance għal wild dipendenti mogħti lir-rikorrenti għal ommha u li jirtiraw il-kopertura tagħha mill-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-istituzzjonijiet Ewropej (RCAM) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet tal-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
( *1 ) għandha tbati l-istess tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
( *1 ) Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.
( 1 ) ĠU C 421, 24.11.2014, p. 58.
Full & Egal Universal Law Academy