3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/24
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Ġunju 2015 – EE vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/14) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Talbiet għal annullament - Proċedura ta’ tiġdid - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt ta’ smigħ - Ksur - Talbiet għal kumpens - Dannu morali))
(2015/C 254/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: EE (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għal annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti, li jmissu kien għal żmien indeterminat.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt ta’ EE, ikkomunikata oralment fl-14 ta’ Ottubru 2013, ikkonfermata permezz tan-nota tal-31 ta’ Ottubru 2013 u mmotivata permezz tan-nota tat-13 ta’ Diċembru 2013 hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 10 000.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż esposti minn EE.
(1) ĠU C 421, 24.11.2014, p. 59
Full & Egal Universal Law Academy