30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/78
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 – AQ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-57/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Regolament Nru 45/2001 - Trattament ta’ data ta’ natura personali miksuba għall-finijiet privati - Investigazzjoni amministrattiva - Proċedura dixxiplinari - Drittijiet tad-difiża - Dmir ta’ motivazzjoni - Sanzjoni dixxiplinari - Proporzjonalità))
(2015/C 398/92)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AQ (rappreżentanti: inizjalment minn L. Massaux, avukat, sussegwentement minn H. Mignard, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni dixxiplinari li tikkonsisti fi twissija fi tmiem ta’ investigazzjoni dixxiplinari u talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
AQ għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 421, 24.11.2014, p. 60.
Full & Egal Universal Law Academy