29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/43
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Frar 2016 – DE vs EMA
(Kawża F-58/14) (1)
((Servizz pubbliku - Aġent temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien iddeterminat - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Tibdil sostanzjali tal-funzjonijiet eżerċitati mill-aġent - Twaqqif tal-karriera - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien iddeterminat f’kuntratt kuntratt għal żmien mhux iddeterminat - Esklużjoni))
(2016/C 111/52)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: DE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA (rappreżentanti: inizjalment minn S. Marino, T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, sussegwentement minn S. Marino, T. Jabłoński, F. Cooney u N. Rampal Olmedo, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ aġent temporanju tar-rikorrent u għal riżarċiment tad-danni allegatament subiti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
(1) ĠU C 292, 1.9.2014. p. 63.
Full & Egal Universal Law Academy