29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/44
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Mejju 2015 – Brune vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-59/14) (1)
((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/26/05 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Annullament mill-Qorti Ġenerali - Artikolu 266 TFUE - Organizzazzjoni ta’ eżami orali ieħor - Rifjut tal-kandidat milli jipparteċipa f’dan l-eżami - Deċiżjoni ġdida li l-kandidat ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva - Rikors għal annullament - Ċaħda - Konferma fl-appell tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali - Talba għal kumpens ulterjuri - Osservanza tat-terminu raġonevoli))
(2015/C 213/72)
Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Markus Brune (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba minħabba t-telf ta’ opportunità tar-rikorrent għal impjieg fl-UE, ibbażata fuq is-sentenza fil-Kawża F-5/08.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil M. Brune, għad-dannu morali mġarrab bejn is-6 ta’ Marzu 2007 u l-4 ta’ Frar 2011, is-somma ta’ EUR 4 000, flimkien mal-interessi moratorji mis-17 ta’ April 2013 bir-rata ta’ taxxa stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tar-rifinanzjament għall-perijodu rilevanti u miżjuda b’żewġ punti perċentwali.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati n-nofs tal-ispejjeż ta’ M. Brune.
4)
M. Brune għandu jbatu n-nofs tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 431, 1/12/2014, p. 48.
Full & Egal Universal Law Academy