27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/48
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2015 – EF vs SEAE
(Kawża F-65/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jkunx promoss għall-grad AD 13 - Oġġezzjoni tar-rikorrent għal-lista ta’ uffiċjali proposti għall-promozzjoni - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Minimu ta’ sentejn ta’ anzjanità fi grad - Kalkolu tat-terminu ta’ sentejn - Data tad-deċiżjoni ta’ promozzjoni))
(2015/C 245/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: EF (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett
It-talba għal annullament tad-deċiżjonijiet ta’ rifjut li r-rikorrent jiġi promoss għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013 minkejja li kien jinsab fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EF għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannata ukoll ibati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
(1) ĠU C 380, 27.10.2014, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy