3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Gioria vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-82/14) (1)
((Uffiċjal pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali - Kompetizzjoni EPSO/AST/126/12 - Relazzjoni ta’ parentela bejn membru tal-Bord tal-Għażla u kandidat - Kunflitt ta’ interessi - Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal - Reklutaġġ ta’ uffiċjali li jkollhom l-ogħla kwalitajiet ta’ integrità - Deċiżjoni li l-kandidat jiġi eskluż mill-kompetizzjoni))
(2015/C 363/56)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Roberto Gioria (Veruno, l-Italja) (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012 minħabba l-fatt li ma informax lill-Kumitat ta’ Selezzjoni li kien hemm relazzjoni ta’ parentela bejnu u wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
R. Gioria għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż ta’ R. Gioria.
(1) ĠU C 388, 3.11.2014, p 32.
Full & Egal Universal Law Academy