3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/48
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Silvan vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-83/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - DĠI tal-Kummissjoni - Eċċezzjoni tal-illegalità - Tqabbil tal-merti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Assenza tal-marki jew tal-evalwazzjonijiet analitiċi - Kummenti litterali))
(2015/C 363/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Juha Tapio Silvan (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad segwenti (AST 10) fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013 tal-Kummissjoni Ewropea.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
J.T. Silvan għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015, p. 47.
Full & Egal Universal Law Academy