3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Settembru 2015 – Weissenfels vs Il-Parlament
(Kawża F-92/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kontenut ta’ posta elettronika mibgħuta mill-aministrazzjoni lil uffiċjal pensjonant - Preġudizzju għall-unur tar-rikorrent - Assenza - Trażmissjoni mill-membri tal-persunal li jirrapreżentaw l-istituzzjoni, ta’ informazzjoni dwar ir-rikorrent lill-avukat tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Ksur tar-Regolament Nru 45/2001 - Dikjarazzjonijiet fattwali foloz))
(2015/C 363/58)
Lingwa tal-kawża:Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Roderich Weissenfels (Fribourg-en-Brisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u S. Seyr, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba, minn naħa, tal-annullament tar-rifjut mill-Parlament Ewropew tat-talba tar-rikorrent intiża għal kumpens għad-dannu subit minħabba l-ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tiegħu u tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 matul it-trattament ta’ kawża preċedenti u, min-naħa l-oħra, it-talba għad-danni morali allegatament subiti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
R. Weissenfels għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 448, 15/12/2014, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy