8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/92
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Seigneur vs BĊE
(Kawża F-95/14) (1)
((Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Membri tal-kumitat tal-persunal - Remunerazzjoni - Salarju - Żieda addizzjonali tas-salarju - Eliġibbiltà))
(2016/C 048/104)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Olivier Seigneur (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini, D. Camilleri Podestà u M. López Torres, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tad-direttorat tal-BĊE li r-rikorrent ma jingħatax “ASA” (żieda addizzjonali tas-salarju), fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-premji, għas-sena 2014.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tad-direttorat tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-25 ta’ Frar 2014, li O.Seigneur ma jingħatax żieda addizzjonali tas-salarju għas-sena 2014 hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn O.Seigneur.
(1) ĠU C 421, 24.11.2014, p. 63.
Full & Egal Universal Law Academy