8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/93
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Clarke, Dickmanns u Papathanasiou vs UASI
(Kawżi F-101/14, F-102/14 u F-103/14) (1)
((Servizz Pubbliku - Membri tal-Persunal temporanju - Persunal tal-UASI - Kuntratt għal żmien determinat li jinkludi klawżola ta’ xoljiment - Klawżola li ttemm il-kuntratt fl-ipoteżi fejn il-membru tal-persunal ma huwiex inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni - Data li fiha l-klawżola ta’ xoljiment issir effettiva - Kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/02/13))
(2016/C 048/105)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nicole Clarke, Sigrid Dickmanns u Elisavet Papathanasiou (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawżi magħquda
Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li japplika fil-kuntest tal-kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/02/13 tal-klawżola li tinsab fil-kuntratti tax-xogħol tar-rikorrenti u li tipprevedi x-xoljiment awtomatiku tal-kuntratt fil-każ ta’ nuqqas ta’ suċċess fl-ewwel kompetizzjoni ġenerali bi speċjalizzazzjoni fil-proprjetà industrijali li tikkorrispondi għall-funzjonijiet tagħhom, u min-naħa l-oħra, it-talba għall-kundanna tal-UASI sabiex tikkumpensa d-dannu morali u materjali kkawżat lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
N. Clarke, E. Papathanasiou u S. Dickmanns għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati jbatu nofs l-ispejjeż esposti mill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).
3)
L-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati nofs l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015, p. 50, p. 51 u p. 52
Full & Egal Universal Law Academy