16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/63
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FE vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-119/14) (1)
((Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni - Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni - Tul minimu ta’ esperjenza professjonali - Modalitajiet ta’ kalkolu - Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla - Assenza - Telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata - Kumpens))
(2015/C 381/89)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FE (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċedura għall-ħatra tar-rikorrent bħala uffiċjal, peress li dan tal-aħħar ġie inkluż f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni, wara li ġie informat li d-DĠ ikkonċernat kien qabel mar-reklutaġġ tiegħu, u wara li finalment ġie deċiż li l-esperjenza professjonali tiegħu ma kinitx suffiċjenti.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tirrekluta lil FE hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil FE s-somma ta’ EUR 10 000.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn FE.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy