10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/40
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Petsch vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-124/14) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Persunal mal-crèches u mal-garderies - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014 - Regolament Nru 1023/2013 - Żieda fis-sigħat ta’ xogħol - Ammont fix-xahar supplimentari - Artikolu 50 tar-Regoli tal-Proċedura - Ġerarkija tar-regoli - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 2 tal-Anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikoli 27 u 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))
(2015/C 262/54)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Olivier Petsch (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, D. Verbeke u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma żżidx is-salarju tar-rikorrent, li huwa membru tal-persunal bil-kuntratt impjegat mal-OIB, wara ż-żieda fis-sigħat ta’ xogħol għal 40 siegħa fil-ġimgħa bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda fl-1 ta’ Jannar 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
O. Petsch għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015, p. 59.
Full & Egal Universal Law Academy