8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/94
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tas-17 ta’ Diċembru 2015 – T vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-134/14) (1)
((Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda - Rabta kawżali - Talba għal kumpens għal dannu morali mġarrab minħabba ż-żmien li ħadet l-istituzzjoni sabiex tirrikonoxxi l-orġini professjonali tal-marda - Obbligu li tingħata deċiżjoni f’terminu raġonevoli - Dannu morali))
(2016/C 048/106)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: T (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u C. Ehrbar, aġenti, sussegwentement minn C. Ehrbar, aġent)
Suġġett tal-kawża
It-talba li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi l-eżistenza ta’ dannu li jirriżulta miż-żmien li ħadet il-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-oriġini professjonali tal-marda tiegħu u li ma jiġix ikkumpensat iktar minn EUR 2 000 bħala kumpens għas-sitwazzjoni inċerta dwar ir-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda tiegħu, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament imġarrba.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil T is-somma ta’ EUR 5 000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tħallas l-ispejjeż ta’ T.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015, p. 53.
Full & Egal Universal Law Academy