8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/95
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2015 – DE vs EMA
(Kawża F-135/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-EMA - Tqegħid taħt “stat mhux attiv” - Att li jikkawża preġudizzju - Dritt għal smigħ - Ksur))
(2016/C 048/107)
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: DE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: S. Marino, T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMA li tqiegħed lir-rikorrent taħt stat mhux attiv u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-31 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qiegħdet lil DE taħt “stat mhux attiv” hija annullata.
2)
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini hija kkundannata tħallas lil DE s-somma ta’ EUR 10 000.
3)
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn DE.
(1) ĠU C 16, 19/01/2015, p. 50.
Full & Egal Universal Law Academy