8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/95
_Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Guittet vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-141/14) (1)
((Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Sigurtà soċjali - Teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż mediċi - Amministrazzjoni tal-fajl mediku mill-Kummissjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u dmir ta’ premura - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni))
(2016/C 048/108)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christian Guittet (Cannes, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u T. S. Bohr, aġenti, C. Mélotte, avukat, sussegwentement minn T. S. Bohr, aġent, C. Mélotte, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għad-danni minħabba n-nuqqas amministrattiv imwettaq mill-Kummissjoni responsabbli mill-amministrazzjoni tal-fajl mediku tar-rikorrent li kien il-vittma ta’ inċident gravi u t-talba għad-danni għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
C. Guittet għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy