2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/49
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Iliopoulou vs Europol
(Kawża F-21/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-Persunal ta’ Europol - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-aġenti tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat))
(2015/C 034/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hariklia Iliopoulou (Wassenaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: J. Arnould u D. Neumann, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx, għal żmien indeterminat, il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrenti u li l-Europol jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjoni li hija setgħet tirċievi li kieku baqgħet taħdem u l-allowances tal-qgħad jew kwalunkwe allowance oħra ta’ sostituzzjoni li hija rċeviet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn H. Iliopoulou.
3)
H. Iliopoulou għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 184, 16/06/2014. P. 42.
Full & Egal Universal Law Academy