18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/52
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-33/14)
((Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti - Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentat ġdid - Rikorrent li jkun waqaf jirrispondi għat-talbiet tat-Tribunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 016/61)
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: Z, avukat)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-20 ta’ Jannar 2013 għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 700 000 bħala kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba minħabba d-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid fi Brussell.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-33/14, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy