10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/68
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – Ojamaa vs Il-Parlament
(Kawża F-37/14) (1)
((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Awtorità tal-Ħatra - Att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 395/83
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Priit Ojamaa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u N. Chemaï, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma tawtorizzax it-trasferiment tas-16-il ġurnata ta’ leave li ma ttieħdux fl-2012, għas-sena 2013, wara li r-rikorrent kien bil-leave għal perijodu twil minħabba marda gravi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
P. Ojamaa għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 184, 16.06.2014, p. 47.
Full & Egal Universal Law Academy