5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/34
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 – Dominguez Perez vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/14) (1)
((Servizz pubbliku - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet tal-pensjoni kewżiti qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, abbażi ta’ skema nazzjonali tal-pensjonijiet - Transferiment lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni - Proposta ta’ akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz, aċċettata mill-persuna kkonċernata, ibbażata fuq dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni ġodda - Att li ma jikkawżawx preġudizzju - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2016/C 326/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dolores Dominguez Perez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, u finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament ta’ żewġ proposti ta’ kalkolu marbuta mat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li japplikaw id-DĠE il-ġodda għall-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat.
2)
Dolores Dominguez Perez għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 253, 04.08.2014, p. 70.
Full & Egal Universal Law Academy