15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/50
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2015 – Maraoud vs SEAE
(Kawża F-71/14) (1)
((Servizz Pubbliku - Persunal tas-SEAE. - Persunal bil-kuntratt - Missjoni f’pajjiż terz - Inċident li seħħ fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet - Allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja - Ġranet ta’ leave mhux meħuda - Teħid ta’ responsabbiltà tal-kura - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta))
(2015/C 198/68)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hayet Maraoud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. F. de Castro Fernandez u J.-L. Gillain, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-anullament tad-deċiżjoni li ma jibqgħux jitħallsu l-kumpens għall-kundizzjonijiet tal-ħajja (KKĦ), il-kumpens addizzjonali (KA) fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-post ta’ assenjazzjoni tar-rikorrenti u allowance ta’ kuljum (AK), u ħlas ta’ 49 jum ta’ leave tas-sena 2012 mhux meħuda kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu għal nuqqas ta’ assistenza u abbandun wara l-inċident fuq il-post tax-xogħol li r-rikorrenti sfat vittma tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
H. Maraoud għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
(1) ĠU C 388, 03.11.2014, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy