9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/46
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Settembru 2015 – Kriscak vs Europol
(Kawża F-73/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Anness 1 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Lista ta’ pożizzjonijiet indikati b’tipa grassa li jistgħu jimtlew biss minn persuna reklutata mis-servizzi kompetenti fis-sens tal-Artikolu 2(4) tal-Konvenzjoni Europol - Postijiet ristretti - Deċiżjoni Europol - Pożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu okkupati minn persuna reklutata mill-awtoritajiet kompetenti fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Europol - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ffissat għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni))
(2015/C 371/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Christiana Kriscak (Den Hagen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija Europol (rappreżentanti: D. Neumann, J. Arnould u C. Falmagne, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti u għall-kumpens tad-danni morali u materjali allegatament subiti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ukoll li jbati terz mill-ispejjeż sostnuti minn C. Kriscak.
3)
C. Kriscak tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 380, 27.10.2014, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy