15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/50
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2015 – Meyer vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-90/14) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Rifjut tal-allowance għall-ulied dipendenti - Artikolu 2(3)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Wild ta’ età bejn it-18-il-sena u 26 sena li jirċievi taħriġ edukazzjonali jew vokazzjonali - Allowance tal-edukazzjoni - Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Wild li regolarment u full time jiffrekwenta stabbiliment ta’ tagħlim - Interruzzjoni tal-istudji - Rikors manifestament infondat))
(2015/C 198/69)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ronald Meyer (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: H.-R. Ilting, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa waħda, it-talba ta’ annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax, mill-1 ta’ Setembru 2013, l-allowance għall-ulied dipendenti, peress li l-wild tiegħu ma segwiex attività rrikonoxxuta bħala “taħriġ edukazzjonali jew vokazzjonali” skont l-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, li tikkundanna lill-persuna li timpjegah sabiex tkompli tħallsu din l-allowance, u li tirrimborsalu l-ispejjeż kollha mediċi għall-wild tiegħu, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Settembru 2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
R. Meyer għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014, p. 39.
Full & Egal Universal Law Academy