20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/43
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Chatel vs Il-Kunsill
(Kawża F-91/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet għall-pensjoni miksuba, qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, skont sistema nazzjonali ta’ pensjonijiet - Trasferiment lejn is-sistema ta’ pensjonijiet tal-Unjoni - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz, aċċettata mill-persuna kkonċernata, ibbażata fuq dispożizzjonijiet ġenerali ġodda ta’ implementazzjoni - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2016/C 222/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Zlata Chatel (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, u, finalment, J.-N. Louis, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fis-sistema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 421, 24/11/2014, p. 63.
Full & Egal Universal Law Academy