25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/77
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Novembru 2015 – O'Riain vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-104/14) (1)
((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/241/12 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati - Imparzjalità tal-Bord tal-Għażla - Rikors manifestament infondat))
(2016/C 027/98)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Donncha O'Riain (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba ta’ annullament tad-deċiżjoni sabiex ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/241/12 – GA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
2)
O’Riain għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 7, 12/01/2015, p. 52.
Full & Egal Universal Law Academy