Kawża F-108/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Belis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà tar-rikors — Talba għal deċiżjoni mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-kawża — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)
C3642016MT5120120160720MT0066512522
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Belis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-108/14) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà tar-rikors — Talba għal deċiżjoni mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-kawża — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)”2016/C 364/66Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claudio Belis (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: S. Orlandi)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent marbuta mat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni rigward l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Claudio Belis għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 26, 26.1.2015, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy