8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/99
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Bärwinkel vs Il-Kunsill
(Kawża F-118/14)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni tal-impjiegi tip - Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-eżerċizzju, minn ċerti uffiċjali, ta’ responsabbiltajiet speċjali - Nuqqas ta’ inklużjoni tal-isem tar-rikorrent fl-ewwel lista ta’ 34 uffiċjal rikonoxxut li jeżerċita responsabbiltajiet speċjali - Rekwiżiti relatati mal-fażi prekontenzjuża - Assenza ta’ ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura))
(2016/C 048/114)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Wolfgang Bärwinkel (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u E. Rebasti, aġenti, sussegwentement minn M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni ta’ uffiċjali fil-gradi AD 9 sa AD14 li jokkupaw karigi identifikati bħala li jinkludu responsabbiltajiet speċjali fl-impjieg tip “Kap ta’ Unità [Diviżjoni] jew ekwivalenti” jew “Konsulent jew ekwivalenti” qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 u li ma jinkludux lir-rikorrent fost l-uffiċjali li jibbenefikaw minn din il-klassifikazzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy