2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/50
_Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2014 – Turkington vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-127/14)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba lejn skema ta’ pensjoni nazzjonali - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz mhux ikkontestata fit-terminu - Nuqqas ta’ fatt ġdid u sostanzjali - Inammissibbiltà manifesta))
(2015/C 034/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Stephen Turkington (Trèves, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tikkalkola mill-ġdid l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont dispożizzjonijiet ġenerali ġodda ta’ eżekuzzjoni relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
S. Turkington għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy