8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/33
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2015 – Bensai vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-131/14) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Rendikont tar-remunerazzjoni - Natura konfermatorja - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti tal-proċedura prekontenzjuża - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Żieda tal-perijodu ta’ xogħol mingħajr aġġustament tas-salarju - Assenza ta’ effett fuq in-natura konfermatorja tar-rendikont tar-remunerazzjoni - Inugwaljanza fit-trattament bejn membri tal-persunal bil-kuntratt u aġenti lokali - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2015/C 190/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: David Bensai (Mullendorf, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma żżidx is-salarju tar-rikorrent, li huwa membru tal-persunal bil-kuntratt, wara ż-żieda fis-sigħat ta’ xogħol għal 40 siegħa fil-ġimgħa bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda fl-1 ta’ Jannar 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli u fi kwalunkwe każ, bħala manifestament infondat.
2)
D. Bensai għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 7, 12.01.2015, p. 61.
Full & Egal Universal Law Academy