Kawża F-133/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolementi tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat)
C3642016MT5310120160801MT0068531531
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-133/14) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolementi tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat)”2016/C 364/68Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jonas Poniskaitis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u D. Verbeke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 16, 19.01.2015, p. 50.
Full & Egal Universal Law Academy