8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/100
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2015 – Probst vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-136/14)
((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4 tal - Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Ex assistent parlamentari - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-allowance ta’ espatrijazzjoni lill-ex assitenti parlamentari mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni mogħtija lill-persunal - Sentenzi ta’ annullament - Fatti ġodda u sostanzjali - Effett limitat fiż-żmien - Awtorità ta’ res judicata - Deċiżjonijiet li saru definittivi - Ugwaljanza fit-trattament))
(2016/C 048/115)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Norbert Probst (Genval, il-Belġju) (rappreżentant: D. de Abreu Caldas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u T. S. Bohr, aġenti, sussegwentement minn T. S. Bohr, aġent)
Suġġett tal-kawża
It-talba tar-rikorrent li jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li tagħtih retroattivament l-allowance ta’ espatrijazzjoni, sa fejn ir-retroattività hija limitata għall-1 ta’ Settembru 2013, peress li r-rikorrent isostni li l-Kummissjoni għandha tagħtih din l-allowance wara l-ingaġġ tiegħu mal-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 1999.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
N. Probst għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy