3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/25
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2015 – van Ourdenaarden vs Il-Parlament
(Kawża F-139/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Posponiment limitat għal tnax-il ġurnata - Kumpens - Rendikont tal-pensjoni - Assenza ta’ kontestazzjoni fit-termini - Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors manifestament inammissibbli))
(2015/C 254/28)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Annetje Elisabeth van Ourdenaarden (Grevenmacher, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u N. Chemaï, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġux posposti għas-sena 2013 il-ġranet ta’ leave mhux meħuda fl-2012 mir-rikorrenti minħabba leave tal-mard u t-talba għad-danni għad-dannu materjali u morali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
A.E. van Ourdenaarden u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy