7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/45
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef Uniku) tas-27 ta’ Ottubru 2015 – Ameryckx vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-140/14) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Grupp ta’ funzjonijiet - Klassifikazzjoni - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Deċiżjoni konfermattiva - Fatt ġdid u sostanzjali - Inammissibbiltà manifesta))
(2015/C 406/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marianella Ameryckx (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tibni mill-ġdid il-karriera tar-rikorrenti billi tiġi kklassifikata mill-ġdid, mill-1 ta’ Marzu 2005, fi grupp ta’ funzjonijiet superjuri, u t-talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
M. Ameryckx għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015, p. 55.
Full & Egal Universal Law Academy