Kawża F-142/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 – De Almeida Pereira vs Eurojust (Servizz pubbliku — Persunal ta’ Eurojust — Membru tal-persunal temporanju — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Proċedura ta’ selezzjoni tal-kandidati — Eżami tal-kandidaturi minn kumitat ta’ selezzjoni — Ammissjoni għall-pass li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni — Livell ta’ punti meħtieġa — Ċaħda tal-kandidatura — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura)
C2702015MT4410120150709MT0059441441
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 – De Almeida Pereira vs Eurojust
(Kawża F-142/14) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Persunal ta’ Eurojust — Membru tal-persunal temporanju — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Proċedura ta’ selezzjoni tal-kandidati — Eżami tal-kandidaturi minn kumitat ta’ selezzjoni — Ammissjoni għall-pass li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni — Livell ta’ punti meħtieġa — Ċaħda tal-kandidatura — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura)”2015/C 270/59Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Manuel Antonio De Almeida Pereira (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: E. H. Schulze, avukat)
Konvenuta: Eurojust (rappreżentanti: C. Deboyser u J. Carmona-Bermejo, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi ta’ evalwazzjoni permezz ta’ intervista, fil-kuntest tal-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ konsulent għall-Uffiċċju tal-President ta’ Eurojust.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
M. A. De Almeida Pereira għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Eurojust.
( 1 ) ĠU C 81, 09.03.2015, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy