11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/44
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2015 – Singou vs Il-Kunsill
(Kawża F-143/14)
((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Ċaħda ta’ lment dwar fastidju psikoloġiku - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt - Assenza ta’ lment - Inammissibbiltà manifesta))
(2015/C 155/64)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Simplice Gervais Singou (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Dambel, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta’ Marzu 2009 li tiċħad ilment dwar fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent u talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-12 ta’ April 2012 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra rrifjutat li ġġedded jew li tbiddel il-kuntratt tar-rikorrent minn membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat, kif ukoll it-talbiet għad-danni għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrba.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
It-talba għal għajnuna ġudizzjarja hija miċħuda.
3)
S. G. Singou huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy