22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/54
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-1/14)
2014/C 52/108
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jiġix aċċettat għall-fażi ta’ evalwazzjoni minħabba l-livell ta’ edukazzjoni tiegħu li ma jikkorrispondix għal ċiklu komplet ta’ studji universitarji ekwivalenti għal mill-inqas tliet snin, iċċertifikat b’lawrea marbuta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ/kwalifika professjonali b’rabta man-natura tal-funzjonijiet u ta’ livell ekwivalenti.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013;
—
tikkundanna lill-konvenuta għas-somma ta’ EUR 1 000 għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent;
—
tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u onorarji u, fid-dawl tan-natura vessatorja tad-deċiżjoni ta’ rifjut tal-konvenuta, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy