1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/22
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2014 — ZZ u ZZ vs Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
(Kawża F-2/14)
2014/C 61/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li ma eżaminatx is-segwitu għall-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra tnejn mill-kollegi tagħhom bħala riżultat tad-dikjarazzjoni konġunta malafamanti tagħhom u li jiġi kkunsidrat li ma kienx hemm lok li jittieħdu l-miżuri li kienu xierqa skont l-obbligu tagħha li tassisti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li tagħlaq mingħajr segwitu t-talba tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 24 kontra tnejn mill-kollegi tagħhom;
—
jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tħallas lir-rikorrenti, bħala dannu morali, EUR 01 provviżorju fuq id-dannu evalwat għal EUR 100 000;
—
jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy