22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/28
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-6/14)
2014/C 85/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Van der Schueren, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti wara l-mewt tal-ex konjuġi tagħha.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ottubru 2013 b’risposta għall-ilment tar-rikorrenti (Nru R/485/13), li tirrifjuta l-għoti ta’ pensjoni tal-manteniment tas-superstiti wara l-mewt tal-ex konjuġi tagħha;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy