22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/28
Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs BEI
(Kawża F-8/14)
2014/C 85/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Senes u L. Payot, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrent il-promozzjoni mill-kariga F għall-kariga E.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Attribuzzjoni tat-23 ta’ Ottubru 2013;
—
jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy