7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/45
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-11/14)
2014/C 102/67
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett
Annullament tal-kuntratt tar-rikorrent sa fejn dan jikklassifikah fil-grad AD5 u talba għal kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2013 sa fejn din tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AD5;
—
sa fejn ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
jordna l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-pożizzjoni tar-rikorrent fi grad li jikkorrispondi għar-responsabbiltajiet tiegħu;
—
jordna lill-konvenut jislet il-konsegwenzi kollha, b’mod partikolari dawk pekunjarji, ta’ din il-klassifikazzjoni mill-ġdid, u dan retroattivament minn meta huwa daħal fil-kariga;
—
jikkumpensa d-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, stmat ex aequo et bono għas-somma ta’ EUR 5 000;
—
jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy