16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/41
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-19/14)
2014/C 184/68
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li jiġu akkreditati d-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal
Talbiet tar-rikorrent
—
jiddikjara illegali u għaldaqstant inapplikabbli, l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“iSPIUE”), skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy