10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/55
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs KESE
(Kawża F-20/14)
2014/C 175/78
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Nikolajsen, avukat)
Konvenuta: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-KESE li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha, skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tal-KESE li tiċħad lir-rikorrenti, għas-sena 2013, il-benefiċċju mogħti mill-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013;
—
tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy