16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/42
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs KESE
(Kawża F-23/14)
2014/C 184/70
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi et A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid mill-pożizzjoni ta’ kap ta’ unità għall-pożizzjoni ta’ konsulent u li ma jibqax jitħallas l-allowance maniġerjali kif ukoll talba sabiex jitħallas kumpens għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-Deċiżjoni 326/13 A tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid għal pożizzjoni ta’ Konsulent tad-Direttur tad-Direttorat tal-Loġistika, b’effett mill-1 ta’ Settembru 2013;
—
jannulla d-Deċiżjoni 344/13 A tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE, tal-1 ta’ Lulju 2013, li tordna li r-rikorrent ma jibqax jitħallas l-allowance maniġerjali mill-1 ta’ Settembru 2013;
—
jagħti kumpens għad-danni b’mod li jiġi kkumpensat id-dannu ta’ EUR 5 000 li ġarrab ir-rikorrent;
—
fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy