10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/55
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs UASI
(Kawża F-24/14)
2014/C 175/79
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent li jkopri l-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2012 u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera maħruġ fir-rigward tar-rikorrent għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2012 kif iffinalizzat u ffirmat mill-uffiċjal tal-evalwazzjoni;
—
jordna lill-UASI jħallas kumpens adegwat li għandu jiġi ddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – ta’ mhux inqas minn EUR 500 – lir-rikorrent għad-danni morali u mhux materjali subiti minnu b’riżultat tar-rapport ikkontestat ta’ evalwazzjoni tal-karriera;
—
jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy