16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/44
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-29/14)
2014/C 184/74
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-PMO, li jannullaw u jissostitwixxu il-proposti inizjali ta’ trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Parlament Ewropew, wara li r-rikorrent ġie ttrasferit għall-Kummissjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-18 ta’ Diċembru 2013, innotifikata lir-rikorrent permezz ta’ posta elettronika fid-19 ta’ Diċembru 2013, li permezz tagħha ġew miċħuda l-ilmenti mressqa, mir-rikorrent fid-9 ta’ Settembru 2013 kontra d-deċiżjonijiet tal-PMO tal-10 ta’ Ġunju 2013;
—
sa fejn ikun neċessarju, jannulla wkoll l-imsemmija deċiżjonijiet adottati mill-PMOA tal-10 ta’ Ġunju 2013, li kontrihom tressqu l-ilmenti tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura, kif ukoll għall-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedura u, b’mod partikolari, l-ispejjeż ta’ domiċiljazzjoni, tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, kif ukoll id-drittijiet tal-avukati, skont l-Artikolu 91B tal-istess regolament.
Full & Egal Universal Law Academy