16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/45
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2014 – ZZ et vs Il-Parlament
(Kawża F-31/14)
2014/C 184/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament Ewropew li seħħew fil-ħarifa 2013 u li r-riżultati tagħhom ġew ippubblikati fit-28 ta’ Novembru 2013.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament Ewropew li seħħew fil-ħarifa 2013 u li r-riżultati tagħhom ġew ippubblikati fit-28 ta’ Novembru 2013;
—
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy