16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/46
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – ZZ vs ACER
(Kawża F-34/14)
2014/C 184/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Aġenzija li ma jiġġeddidx għat-tieni darba l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent mal-Aġenzija;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 10 000 rappreżentanti kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrent u;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy