16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/46
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – ZZ vs UASI
(Kawża F-35/14)
2014/C 184/78
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-UASI, meħuda b’applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-President tal-UASI, tad-29 ta’ Marzu 2012, dwar ix-xogħol b’distanza (teleworking), li ma tawtorizzax lir-rikorrent jaħdem b’distanza f’Barcelona, u li għalhekk tobbligah imur lura f’Alicante.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy