1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/60
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/14)
2014/C 292/77
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li, minn naħa, jiċħdu t-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, jikkonfermaw l-irtirar ex officio ta’ dan tal-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2014.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-28 ta’ Marzu 2014, flimkien mad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ ENTR tas-7 ta’ April 2014, li tiċħad it-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, għaldaqstant, tikkonferma l-irtirar ex officio ta’ dan tal-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2014;
—
tikkumpensa d-danni li rriżultaw jew li jistgħu jirriżultaw mid-deċiżjonijiet ikkontestati;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy